Kull demgħa, kull għajta ta’ uġigħ u kull minuta ta’ tbatija. Dan ir-ritratt li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook juri l-emozzjoni li jħoss dak il-missier u dik l-omm li jkollhom uliedhom jiġġieldu l-battalja tal-kanċer. It-tifla f’dan ir-ritratt tilfet din il-ġlieda lbieraħ.
Ir-ritratt taċ-ċkejkna li għandha biss erba’ snin, fakkar lil dawk li rawh, li l-ġenituri minkejja li fis-silenzju jkunu qed iħossu dak li qed tħoss binthom jew binhom.
“Dan huwa l-iktar ritratt diffiċli li qatt ħadt f’ħajti” kiteb il-missier.
Kien propju ftit tal-jiem ilu, li din it-tifla ngħatat ftit ġimgħat ħajja. Dan ir-ritratt ittieħed f’mument li minkejja li l-ġenituri xtaqu jgħinuha ma setgħux. “Din it-tifla kellha tmut fi tbatija tas-solitudni, għax aħna ma stajna nagħmlu xejn.”
Kien fis-7.00 li missier iċ-ċkejkna ħabbar fuq is-sit soċjali ta’ Facebook li t-tifla tiegħu kienet mietet. Jispikka l-messaġġ tal-missier li stqarr li issa mhux se tkun qed tbagħti aktar u tkun ‘priġuniera’ tal-uġigħ.
“Il-prinċipessa tiegħi issa tinsab f’post fejn tista’ tilgħab mal-ħbieb tagħha u nies li jħobbuha. Issa se tkun qed tieħu ħsieb lil ħuha u lilna mis-sema’ sakemm nerġgħu niltaqgħu bħala familja” spjega l-missier.