Minn tal-inqas 115-il persuna nqatlu wara li 14-il vagun ta’ ferrovija fl-Indja ħarġu barra mill-binarji.
L-inċident seħħ qrib il-belt ta’ Kanpur.
Barra kważi mitt persuna mejta, aktar minn 150 persuna ġew irrapurtati midruba.
Il-kawża ta’ dan l-inċident għadha mhijiex magħrufa.
Dan minkejja li t-Times of India kkwotat sorsi jgħidu li ħsara fil-binarju setgħet kienet il-kawża.
Mhux eskluż li n-numru ta’ persuni rrapurtati mejta jkompli jiżdied.