Miet l-anzjan li lbieraħ waqa’ aktar minn sular.
Kien għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu li seħħ l-inċident fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema.
Raġel ta’ 86 sena residenti Tas-Sliema waqa’ minn għoli ta’ ‘l fuq minn sular f’residenza li fiha qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni. Mal-waqgħa, l-anzjan gie ġo xaft ta’ lift.
Fuq il-post kellu jissejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, madanakollu llum tilef ħajtu.