Dan meta fl-aħħar jiem reġgħat dehret id-daħna sewda fuq Marsaxlokk riżultat tal-fatt li l-impjant magħruf bħala Dellimara One kien qiegħed jerġa’ jinxtegħel wara manutenzjoni.
Kienu tmienja l-konsorzji internazzjonali li tefgħu l-offerta biex ikunu huma li ineħħu ċ-ċumnija l-kbira tal-power station ta’ Dellimara, u bħalissa l-Enemalta qed tevalwa l-offerti.
Ladarba t-tender ikun aġġudikat u x-xogħol fuq l-impjant il-ġdid ikun lest għal kollox, iċ-ċumnija tkun tista tibda tiżżarma għaliex għal dan ix-xogħol diġa’ nkiseb il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Iċ-ċumnija ta’ Dellimara se titneħħa meta tkun qed taħdem il-power station il-ġdida biex id-daħna sewda li r-residenti ġieli nnotaw issir xi ħaġa tal-imgħoddi.
Sa dalgħpdu stess, waqt Kunsill Ġenerali tal-PN, fejn suppost jintlaqgħu fl-aqwa ideat ta’ Oppożizzjoni li suppost taħdem għall-ġid tal-pajjiż, Busuttil argumenta li mingħajr l-impjant il-ġdid għandna biżejjed elettriku. Kliemu jmeri dak li tgħid l-istatistika, li tura li f’Malta għandna biżejjed elettriku jekk kemm-il darba l-Marsa tibqa’ fuq standby u Dellimara One tibqa’ titħaddem kontinwament.
Żewġ impjanti li l-gvern ma jridx jibqa juża għaliex kien wiegħed u jemmen li l-Heavy Fuel Oil, żejt li jniġġeż, għandu jinqata’ minn pajjiżna. Dan f’miżura bla preċedent favur l-ambjent u s-saħħa tan-nies.