Il-Gvern ħabbar ir-riforma fil-mod kif immigranti rregolari jieħdu protezzjoni umanitarja temporanja. Bil-Kummissarju għar-Refuġjati mhux se jibqa’ jkun hu li joħroġ dan it-tip ta’ permess għal min ma jkunx kwalifika għall-ażil.
Il-Ministru Carmelo Abela sostna li d-dokumenti li jirregolaw il-permess biex persuna jgħix f’pajjiżna mhuwiex kompitu tal-Kummissarju tar-Refuġjati, u l-affarijiet se jsiru b’iktar serjetà.
Huwa mifhum li dawk eleġibbli mill-uffiċju tal-Kummissarju tar-refuġjati sal-wieħed u tletin ta’ Ottubru elfejn u sbattax biex imbagħad kollox jgħaddi għand Identity Malta. B’hekk ikun hemm tranżizzjoni metieġa.
L-istqarrija tal-istess Ministeru tgħid ukoll li dawk li jkollom l-protezzjoni umanitarja temporanja mġedda sad-data indikata ta’ Ottubru elfejn u sabttax għandhom jibdew jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex iġibu d-dokumentazzjoni li hemm bżonn mill-pajjiż oriġinu tagħhom sbaiex imbagħad j applikaw ma’ Identity Malta.
Izda, l-mistoqsija tqum waħeda. X’ser jiġir minn dawk l-immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil. Il-Ministru Carmelo Abela sostna li wara li tkun evalwata t-talba tal-ażil, ikun hemm stampa aktar ċara ta’ għaliex dan il-persuna jkun qed ifittex dan l-status u jekk ikunx ħaqqu.
Huwa mifhum li dan it-tibdil mhux ser jaffettwa lil dawk il-persuni li diġa kisbu dan l-status b’mod ġenwin. Filwaqt li għaqdiet mhux governattivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem kritikaw is-sistema l-ġdida.