Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Nazzjonalista kompla jikkritika l-proġett tal-powerstation il-ġdida li taħdem bil-gass f’Dellimara.
Konferenza li kienet indirizzata minn ħames esponenti tal-Partit Nazzjonalista, b’Ann Fenech għamlet preżentazzjoni twila dwar il-mewġ fiż-żona.
Meta rrimarkajna l-bidla fid-diska, kif minn tattiċi ta’ biżgħat issa qed jitkellmu fuq il-mewġ, Marthese Portelli ġabet l-eżempju tat-Titanic.