Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Air Malta s’issa għadha ma ffirmat l-ebda ftehim ma’ sieħeb strateġiku ġdid.
Waqt żjara fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi, il-Prim Ministru Muscat qal li bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet biex jinstab sieħeb strateġiku ġdid għall-Air Malta u li għadu ma ġie ffirmat l-ebda ftehim mal-Etihad Air Ways kif irrappurtat it-Times of Malta tal-lum.
Dr Muscat emfasizza li meta jkun hemm forma ta’ ftehim dan se jiġi ppubblikat immedjatament.