Ritratt li tpoġġa fi grupp popolari ma’ persuni li jħobbu l-annimali f’pajjiżna kellu reazzjonijiet differenti.
Dan għaliex minkejja r-rabja li kellhom għal persuna li rabtet dan il-kelb fuq trakk u ħallietu fix-xita, ftit tal-ħin wara, mill-kummenti rriżulta li dan il-kelb huwa mitluf, bis-sid tagħmel appell fuq facebook biex jekk xi ħadd jagħraf dan it-trakk jgħaddiela l-informazzjoni.
Kien propju meta din il-mara kitbet, li n-nies ntebħu li m’għandhomx jiġġudikaw qabel ikunu jafu x’inhi l-verita. Verita li s’issa ma tistax tkun ikkonfermata hekk kif sid il-kelb għadha ma sabitx il-kelb tagħha, iżda persuni li kkumentaw qalu li waħda mill-possibbiltajiet tista’ tkun, li din il-persuna rat il-kelb fil-periklu u rabtitu fuq it-trakk biex ma jweġġax.