Fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi għaddejja ħidma intensiva biex titlesta l-binja tal-istruttura ta’ hangars ġodda.
Il-Malta Industrial Parks (MIP), l-entità responsabbli minn dan l-investiment, hija responsabbli minn binjiet ta’ tliet hangars ġodda biex jintużaw għal ajruplani żgħar u/jew helicopters (€5.5 miljun); hangar ġdid biex ajruplani kbar jibdew jinżebgħu f’Malta (€16-il miljun); hangar tal-kumpanija Medavia b’investiment (€ 6 miljun); u binja ta’ triq li tgħaqqad dawn il-hangars mar-runway (€5miljun). Dawn l-investimenti laħqu t-€33miljun. Dawn il-proġetti mistennija joħolqu 132 impjieg ġdid.
Il-xogħlijiet bdew f’Novembru tal-2014 u mistennija jitlestew madwar tliet xhur oħra.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u ċ-Ċermen tal-Malta Enterprise żar is-sit u ngħata d-dettalji dwar dawn il-proġetti li huma ffinanzjati mill-Gvern u s-settur privat.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.