Anthony DeGiovanni, il-President tal-Veterani Laburisti, kien maħtur bħala Viċi President tal-European Senior Organisation, għaqda fi ħdan il-Partit Soċjalista Ewropew. Din l-Għaqda taħdem sabiex l-interessi tan-nies pensjonanti u veterani jkunu ssalvagwardjati madwar l-Ewropa kollha.
Din il-ħatra kienet ikkonfermata propju meta aktar kmieni din il-ġimgħa, is-Sur DeGiovanni mexxa u ppresida żewġ laqgħat fi ħdan l-istess organizazzjoni u l-Parlament Ewropew, fi Brussel.
Il-Partit Laburista jifraħ lil Anthony DeGiovanni ta’ din il-kariga prestiġġjuza li se tkompli tgħolli l-profil mhux biss tiegħu, iżda anke tal-Partit Laburista fi ħdan organizazzjonijiet internazzjonali.