Fuq il-paġna pubblika tiegħu, Oliver Scicluna li qiegħed fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni Diżabilità, ħa l-ħin tiegħu biex ifaħħar raġel bl-isem ta’ Reuben Mifsud li għandu għal qalbu l-isport tal-karozzi.
Oliver Scicluna spejga kif ilbieraħ għall-ewwel darba, persuna li jaf hu li ħadet sehem f’kompetizzjoni inklussiva tat-tlielaq tal-Go-Karts, ġiet l-ewwel post.
Hu spjega li kull ma kellu bżonn kien Go-Kart apposta li kellha addattamenti ta’ kontroll tal-idejn biex Reuben ikun jista’ jsuq minkejja d-diżabilità.
L-addattamenti li saru minn Cascone Autonomy kienu ta’ għajnuna biex Reuben Mifsud rebaħ fil-kampjonat li ġie organizzat mill-Malta Drifting Team.
Żġur mhux forsi, hija turija li fil-ħajja m’għandek qatt taqta’ qalbek.