F’battalja legali bejn il-werrieta ta’ Mabel Strickland u l-fondazzjoni Strickland, l-avukat Mario De Marco ikkonferma fil-Qorti li jeżistu files li jistgħu jitfgħu dawl fuq il-każ li jinsabu fil-pussess ta’ ommu bħala l-werrieta tal-Professur Guido De Marco. Iżda, saħaq li dawn ma jkunux ippubblikati għax fi kliemu joħolqu “preċedent ikrah.”
L-avukati ta’ Robert Hornyold Strickland, in-neputi ta’ Strickland fetaħ il-każ kontra ċ-ċermen ta’ Strickland Foundation u direttur ta’ Allied Newspapers, Joseph Ganado, fejn qed jilmenta li t-testment ta’ zitu inbidel fl-1979. Dan meta hi kienet qed tgħix Londra. L-akkuża hi li dan sar mill-Professur Guido de Marco u l-Professur Joseph Ganado.
Il-Fondazzjoni Strickland qed targumenta li Strickland stabbilit il-fondazzjoni biex tkun għas-servizz tal-poplu billi tippromwovi l-libertà tal-ħsieb u l-epressjoni permezz ta’ midja ħielsa li hi essenzjali għal demokrazija u l-iżvilupp ta’ pajjiż.
Għalhekk intqal li ħalliet Villa f’Ħal Lija lill-fondazzjoni bil-kontenut b’kollox bl-eċċezzjoni ta’ xi deheb u fidda, xi dokumenti u kotba kif ukoll xi ishma f’Allied Newspapers. Targumenta wkoll li n-neputi jista’ juża l-kmamar tal-mistednin, il-kamra tal-banju u l-istudju f’Villa Parisio iżda dan bl-ebda mod m’għandu jkun imfixkel ix-xogħol tal-fondazzjoni.
Hornyold Strickland jargumenta li dan ma kienx il-ħsieb oriġinali u li l-fondazzjoni ta ammont kbir ta’ files marbuta ma’ t-trasferiment irregolari u li saru ħlasijiet ta’ €3,500,000 b’mod irregolari lill-Fondazzjoni.
Jidher li filwaqt li ħafna involuti qablu li jgħaddu d-dokumenti, l-avukati Max Ganado u Mario De Marco mhux jaqblu.
Filwaqt li Ganado qal li jkollu jippubblika d-dokument jekk il-qorti titlob hekk, De Marco nsista mod ieħor. Hornyold qal li jrid ikun jaf għaliex qed jaħbu dawn il-files. Files li De Marco ammetta li jeżistu. “Missieri kellu dawn il-files imma ma nistax niżvela l-informazzjoni għax dawk intiertu minn ommi, li hi l-werrieta tal-Professur legali,” kien ikkwotat jgħid De Marco. Il-każ ikompli.