Transport Malta se tagħmel xogħol ta’manutenzjoni fi Triq Mikiel Anton Vassalli llejla.
Din it-triq, fid-direzzjoni tal-Belt, minn Triq Reggie Miller sal-mini ta’ Santa Venera, se tkun magħluqa llejla mid-21:00 sal-05:00.
It-traffiku se jgħaddi minn Triq Reggie Miller għal Rue D’Argens u x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex.
Il-vetturi sejrin lejn Pembroke se jibqgħu għaddejjin mingħajr xkiel.
Transport Malta appellat lill-pubbliku biex jgħaddu mit-toroq alternattivi tal-proġett tal-Kappara u jsegwi t-tabelli.