“Tajjartli l-iktar kreatura għażiża għalija u lanqas biss waqaft’”
Dan kien il-kumment ta’ żagħżugħa wara li sewwieq tajjar il-kelb tagħha u baqa’ sejjer daqs li kieku ma ġara xejn. Hija stqarret ma’ one.com.mt li setgħet kienet hi li kien ikollha dan l-inċident sfortunat iżda ma tifhimx kif persuna jista’ jkollu l-qalb li jħalli kreatura tmut u jpoġġiha f’riskju li jgħaddu aktar karozzi minn fuqha.
Din it-tfajla fuq Facebook, filwaqt li rrakkontat inċident li seħħ f’Ħaż-Żebbuġ kitbet li l-kelb tagħha kellu biss sentejn u li minkejja li sab l-ewwel għajnuna min-nies li kienu għaddejjin fit-triq dak il-ħin xorta waħda miet.
Ma naqsux il-kummenti ta’ nies diżappuntati bil-fatt li s-sewwieq baqa’ sejjer.