Il-President Amerikan Barack Obama qed jiżgura lill-alleati tal-Istati Uniti li l-President elett Dondal Trump se jonora l-alleanzi internazzjonali tal-Pajjiz. Dan meta jieħu postu bħala l-President tal-Istati Uniti minn Jannar tas-sena d-dieħla. Lill-ġurnalisti, Obama qal li Donald Trump wera interess li jżomm l-obbligi li għandha l-Istati Uniti lejn in-Nato.
Serraħ l-irjus li flimkien, kemm l-Istati Uniti u n-Nato se jkunu ta’ kontribut ghall-izvilupp dinji. Dan intqal sighat biss qabel Obama wasal Ateni, l-aħħar żjara tiegħu bħala President tal-Istati Uniti. Wara, mistenni jżur l-Ġermanja u l-Peru.
F’Ateni, il-livell ta’ sigurta huwa għoli ferm u dan għax hemm pjanati għadd ta’ protesti kontra l-istat Amerikan. Qed ikun maħsub li Obama se juza dawn iż-żjarat biex jikkalma ftit d-dubji li tqajmu dwar kif tista’ tkun l-amminsitrazzjoni ta’ Trump. Ir-rebħa presidenzjali ta’ Donald Trump qajmet tħassib partikolarment b’rabta mad-diskorsi li qal tul il-kampanja.