Sena wara l-aħbar li ħasdet l-Ewropa, hekk kif dak li ħsibna li qatt m’hu se naraw f’pajjiż viċin tagħna, seħħ fi Franza.
Kien propju sena ilu, fit-13 ta’ Novembru li għadda, li fi Franza nqatlu 130 persuni f’attakki minn militanti Iżlamiċi.
Fl-anniversarju ta’ dawn l-attakki, l-Prim Ministru ta’ Franza Manuel Valls spjega li l-probabbiltà hi li l-istat ta’ emerġenza jiġi estiż fi Franza. L-istat ta’ emerġenza f’dan il-pajjiż ġie estiż b’sitt xhur f’Lulju, dan wara attakk ieħor f’Nizza, fiż-żona fejn trakk baqa’ dieħel qalb folla ta’ turisti u Franċiżi matul iċ-ċelebrazzjonijiet f’Jum Bastillja.
Il-Prim Ministru spjega li l-istat ta’ emerġenza ġie estiż propju għax kien hemm ir-riskju ta’ attakki bħal dak f’Nizza.