Il-Ministeru għas-Saħħa, f’kollaborazzjoni ma’ Allied Health Care Services u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità qed torganizza konferenza partikolari.
Immaġinak professjonist fil-qasam tas-saħħa, u trid tispjega l-aħbar lill-ġenituri li wliedhom għandhom xi forma ta’ diżabilità jew inkella problema serja ta’ saħħa. Immaġina trid tispjega xi ħaġa simili lit-tfal fuq il-ġenituri tagħhom, jew inkella fuqhom stess.
Kif taqbad iġġib ruħek?
Kienu dawn it-tip ta’ domandi mwieġba waqt il-konferenza bit-tema “Breaking the news to parents and children challenged by disability and ill health circumstances”.
Il-konferenza qed issir f’Mater Dei, fi tmiem taħrig li ngħata lil professjonisti li jaħdmu mat-tfal. Minn taħriġ irriżulta li ħafna professjonisti jħossu li m’għandhomx jippreġudikaw u għandhom ikunu aktar sensittivi, partikolarment meta jwasslu l-aħbar ta’ dijanjosi ta’ diżabilità jew xi kundizzjoni ta’ saħħa