Jidher li Hillary Clinton għażlet il-kampanja u l-kwiet wara l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti.
Dan ħareġ minn ritratt li ħadet mara, li wkoll fittxet is-skiet tal-kampanja biex taħrab mir-realtá preżenti fl-Istati Uniti, fejn għaddejjin numru ta’ protesti kontra l-President elett Donald Trump. Kien propju qalb is-siġar ta’ Westchester County.
Din il-mara stqarret li ma setgħetx temmen meta ltaqgħet ma’ Hillary Clinton u r-raġel tagħha Bill Clinton f’dan il-post. F’dawn il-mumenti wieħed jirrealizza u japprezza l-ħajja ta’ politikant, li anke f’mumenti diffiċli ikollu jaffaċċja l-midja u jkollu jfittex is-silenzju u ‘jaħrab’ minn postijiet frekwenti ħafna min-nies.
Fid-diskors tagħha wara li Trump ġie elett, qalet li tifhem id-diżappunt. “This is painful and it will be for a very long time” qalet bid-dmugħ f’għajnejha. Qalet li xorta waħda temmen fl-Amerka, u għalhekk hemm bżonn jaċċettaw ir-riżultat u jimxu ‘l quddiem. Hemm bżonn li l-poter ikun mgħoddi b’mod paċifiku.
Hemm bżonn rispett lejn il-fatt li kulħadd. Il-kostituzzjoni Amerikana titlob il-parteċipazzjoni u għalhekk hemm bżonn li tkompli l-ħidma biex l-ekonomija taħdem għal kulħadd u biex il-ħolma Amerikana tkun possibbli għal kulħadd. Clinton rringrazzjat lill-poplu Amerikan, lil familtha u dawk kollha li ħadmu magħha.