Is-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista innota u laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar it-talba ta’ rimedju li s-Sezzjoni kienet għamlet f’ isem il-Kunsilliera Laburisti ta’ San Ġiljan.
Fi stqarrija s-Sezzjoni qal li fis-seduta li saret nhar it-3 ta’ Novembru, il-Kunsilliera Laburisti ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom li jirreġistraw bil-miktub l-intervent tagħhom fuq mozzjoni mressqa mill-Kunsilliera Nazzjonalisti dwar il-Masterplan ta’ Paceville.
Is-Sezzjoni Kunsilliera PL innotat t-twiddiba li d-Dipartiment ta lis-Segretarju Eżekuttiv fejn qal ċar u tond li huwa s-Sidku li jmexxi l-laqgħat tal-Kunsill. Dan fid-dawl li l-istess Segretarju kien ammetta li kien hu li talab li jittieħed vot jekk il-Kunsilliera Laburisti għandhomx id-dritt li jirreġistraw bil-miktub l-intervent tagħhom.
It-tweġiba tagħmel referenza ukoll għal parti tal-liġi li tgħid illi; “Għandha wkoll tiġi annessa flimkien mal-minuti kull dokumentazzjoni li titqies meħtieġa sabiex il-minuti jinżammu kemm jista’ jkun fil-qosor bħal m’huma mozzjonijiet u skedi tal-pagamenti.”
Għaldaqstant, ittemm l-istqarrija is-Sezzjoni Kunsilliera PL, id-Dipartiment ikkonferma li l-Kunsilliera Laburisti kellhom kull dritt illi jagħmlu dak mitlub minnhom, kif konfermat mill-istess Dipartiment. Dritt li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv, riedu jċaħduhom minnu.