Il-President Amerikan Barack Obama mistenni jilqa’ lis-suċċessur tiegħu Donald Trump fil-White House, fejn se jiddiskutu t-tranżizzjoni tal-poter minn id għal oħra.
Trump għadu kemm wasal Washington DC abbord ajruplan minn tiegħu.
Jaf tkun laqgħa diffiċli, hekk kif Trump kemm-il darba semma l-validità taċ-ċittadinanza ta’ Obama, u wiegħed li se jżarma uħud mill-aktar miżuri sinnifikanti ta’ Obama.
Dan tal-aħħar iddikjara l-appoġġ tiegħu lejn Trump, wara li esprima rimors għat-telfa ta’ Clinton.