- Kien urtat għax riedet titilqu
Skont Joe Giglio, l-avukat ta’ Mintoff Bland, inkjesta maġisterjali sabet li kien ta’ daqqa jew daqqiet ta’ sikkina lilu nnifsu u wara, qabbad id-dar.
Huwa jinsab akkużat li żamm lil Mintoff Bland kontra l-volontà tagħha, li prova jikkaġuna ġrieħi serji lilha u lil binha, li ġarr għodda waqt li kkommetta reat, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija, li attakka li Mintoff Bland u lil binha b’sikkina, u li heddidha verbalment. Kien akkużat li ta fastidju lil Yana Mintoff Bland, li fix-xhur qabel l-allegat reat beżżagħha li se jkun vjolenti fil-konfront tagħha, u li ta n-nar lil residenza.
L-avukat difensur Benjamin Valenzia wieġeb mhux ħati f’isem ir-Rumen, li għada se jagħlaq sninu. Huwa qal li qed jieħu kura psikjatrika, iżda ma kienet preżentata ebda evidenza ta’ dan. Valenzia qal li l-akkużat kien irrifjuta li jieħu l-mediċina.