Illejla fid-21:20 tkompli l-edizzjoni ta’HazZzard 2016 mill-Polonja.
Arbeit Macht Frei – Work sets you free. Din hija l-frażi li ssib miktuba fl-entratura tal-kamp ta’ konċentrament tal-Ġermaniżi, fil-Polonja, il-kamp ta’Auschwitz.
Waqt l-edizzjoni ta’din il-ġimgħa, HazZzard iżur il-kamp ta’konċentrament ta’Auschwitz u jsellem il-memorja tal-vittmi tat-tieni gwerra dinjija. Flimkien mal-parteċipanti se nġħixu l-mumenti emozzjonanti, gewwa dan il-kamp ta’konċentrament.
F’Auschwitz, bejn l-1941 u l-1944, ferroviji mimlija sa ruħ ommhom, kienu jaslu ta’kuljum f’dan il-kamp, fejn madwar 1.5 miljun priġunier ħallew ħajjithom, madwar 90% minnhom kienu Lhud. Kull fejn tħares, kont tara l-mewt; fil-kmamar tal-gass, priġunieri maqfula u jitħallew imutu bil-ġuħ u bil-għatx, eżekuzzjonijiet, xogħol iebes minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, atroċitajiet u l-mard terminali kienu l-aġenda ta’kuljum. Il-parteċipanti jaraw b’għajnejhom il-fdalijiet tax-xagħar, żraben, bagalji u oġġetti personali tal-priġunieri.
‘Forever let this place be a cry of despair and a warning to humanity where the Nazis murdered about one and a half million men, women and children, mainly Jews.’
Il-parteċipanti jimmaġinaw it-tbatija li għaddew minnha l-priġunieri filwaqt li jittamaw li d-dinja qatt ma jerġa jkollha nazzjonijiet li jwettqu atroċitajiet bħal dawn. HazZzard illejla mhux ta’min jitilfu!
L-applikazzjonijiet għas-sensiela l-ġdida ta’HazZzard 2017 huma miftuħa u bħalissa qed isiru l-provi. Jekk għandek aktar minn18-il sena tista’ tkun protagonist f’din l-avventura televiżiva. Biex tapplika huwa faċli! Wieħed sempliċiment jidħol fuq is-sit uffiċċjali www.hazzzard.tv u fil-paġna prinċipali ssib il-formula tal-applikazzjoni.
L-avventura ta’HazZzard tkompli llejla fid-21:20 fuq One.