Fuq facebook ġibed l-għajn ritratt ta’ gradwat frisk li bħala sfond għar-ritratt tal-okkażjoni għażel ir-razzett ta’ missieru. Quddiem il-baqar u ftit tiben b’injama sserraħ fuqu u messaġġ li jgħid “Gradwat fil-Malti” Brian Gatt kien ċar. Ried ifakkarna lkoll biex ma ninsewx minn fejn tlaqna.
“Mihjiex kwistjoni ta’ ċertifikati. Hija dwar li tgħix ħajtek mingħajr rimors. Dan ir-ritratt jiddeskrivini aħjar minn kull ritratt fl-Università… jien min jien u kburi b’dan,” kiteb Gatt li qala’ l-prosit ta’ ħafna.
Messaġġ li jfakkarna wkoll fid-diska ta’ Tony Gauci, il-kantant mibki li kanta l-Qalb ta’ Kampanjol b’silta li tispikka tkun: “Kont tifel żgħir ħafi niġġerra tul il-mgħodija fil-widien. Hemm kont immur nindokra l-merħla jew biex intajjar il-ħamiem. Ma’ missieri mmur naħdem l-għelieqi, niżra’, nsaqqi, naħsad, skont iż-żmien. U għalkemm kbirt tgħallimt l-iskola qatt ma jien se niċħad bin min jien.”