Meta raġel ta’ 82 sena tilef iċ-ċurkett tat-tieġ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-ġardina tiegħu fil-Ġermanja, ma ħasibx li dan se jsib triqtu lura għand sidu tliet snin wara.
Iżda n-natura għandha l-modi tagħha ta’ kif timxi u filwaqt li forsi ħa xi ftit żmien biex jerġa’ jitfaċċa mill-ġdid, irnexxielha tirritorna dan iċ-ċurkett f’sorpriża mhux tas-soltu.
Ġara li ġurnata minnhom waqt li kien qed jaħdem fil-ġardina tiegħu, ir-raġel kien qed jiġbor il-karrotti li kabbar hu stess, fejn b’sorpriża kbira ra ċ-ċurkett tiegħu mlibbes fuq karrotta.
Meta kien tilfu kien iddispjaċih immens tant li martu, li mietet fis-snin ta’ wara, kienet qaltlu li xi darba jew oħra se jkun qed jirritorna. Tiskanta, kellha raġun!