Ħareġ illum it-tbassir tal-Ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea, iżda fuq pajjiżna tibqa’ s-sħaba sabiħa ta’ riżultati ekonomiċi pożittivi.
“L-ekonomija Maltija tibqa’ b’saħħitha,” jgħid it-tbassir li jinnota kif wara tkabbir ekonomiku li qabeż is-6% fl-2015, din is-sena Malta se tirreġistra tkabbir li jaqbeż l-4%.
“It-tkabbir mistenni jibqa robust fl-2017 u l-2018,” ikompli jintqal. Filwaqt li tibda’ b’saħħitha d-domanda domestika r-rapport jgħid hekk dwar l-impjiegi: “Ir-rata tal-qgħad mistennija tinżel iktar.”
U dan għax il-ħolqien tal-impjiegi qed ikun sostenibbli. Noti pożittivi dwar id-defiċit fejn dan ir-rapport jikkonferma dak li ntqal fil-baġit, li jfisser li se jintlaħqu l-miri għal din is-sena u dawk għas-snin li ġejjin, bid-defiċit issa jinżel għal 0.7%. Riżultat ta’ dan jinżel ukoll id-dejn.