Illum, ftit qabel it-tmienja u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Correa, Ħal Qormi.
Ttifel ta’ 5 snin residenti Ħal Qormi stess, safa’ milqut minn vettura tat-tip Daihatsu Sirion.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li t-tifel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.