Vitals Global Healthcare kategorikament ċaħdet allegazzjonijiet li saru mill-kelliema tal-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, kif ukoll allegazzjonijiet li ħarġu fi stqarrija.
Il-kumpanija qalet li tirriżerva d-dritt li tfittex rimedju bil-liġi, li tħares id-drittijiet u r-reputazzjoni tagħha kemm jista’ jkun.
VGH qalet li qed tikkomunika mal-midja f’diversi okkażjonijiet u kienet trasparenti dwar il-kwistjonijiet kollha mressqa inkluż fuq kwistjonijiet imqajma dwar il-benefiċjarji u kif l-investituri fil VGH skoprew lil Malta bħala opportunità ta’ investiment. Dawn il-mistoqsijiet ġew imwieġba u ppubblikat riċentement fil-midja.
Il-kumpanija qalet li filwaqt li tifhem tifhem u tappoġġja bis-sħiħ li proġetti ewlenin ta’ importanza nazzjonali ikunu suġġetti għall-iskrutinju legali u pubbliku, mhux aċċettabbli l-mod kif qed ikunu mdawwra u iffabbrikati stejjer u ippreżentati lill-pubbliku Malti għad-detriment tal-partijiet kollha involuti.
Barra minn hekk, VGH tenniet li għalkemm daħlet fi ftehim mal-Gvern, tibqa entità privata li tkun ikkompetiet fi proċess ġust u kompetittiv ta’ offerti. Il-kumpanija ffirmat ftehim konformi mal-liġi lokali u internazzjonali, u qed tagħmel l-almu tagħha biex tiffoka fuq il-kunsinna kura tas-saħħa u jiksbu l-aħjar riżultati għall-pazjenti.
VGH hija msieħba ma’ wħud mill-ikbar ismijiet fil-kura tas-saħħa b’mod trasparenti, u se tkompli tippromwovi kollaborazzjonijiet u sħubiji li jsaħħu t-twassil tas-servizzi tagħha. Kuntratti li spiċċaw fuq blog lokali ma juru xejn ħlief l-impenn tal-kumpanija biex taħdem mal-aqwa ismijiet fid-dinja li finalment jirriżultaw fil-kura aħjar għall-pazjenti.
VGH qalet li hija impenjata li tipparteċipa fi kwalunkwe djalogu kostruttiv biex tiċċara t-trasformazzjoni fil-qasam tas-saħħa għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, li se jinkludi faċilitajiet u tagħmir ġdid, titjib fis-sistemi tal-IT u sistemi fejn jidħlu trattamenti mediċi.