Għad baqa’ ftit mhux ħażin biex ir-riżultat ikun wieħed uffiċjali u l-elezzjoni ngħidu li magħluqa iżda l-midja fl-Istati Uniti u l-aġenziji tal-aħbarijiet ewlenin lkoll qed jipproġettaw possibbiltà ta’ rebħa għal kandidat Repubblikan Donald Trump, u telfa għal dik tad-Demokratiċi Hillary Clinton.
L-iktar wara li Trump rebaħ dawk l-istati li kien qed jingħad li jrid jirbaħ bilfors jekk ried li jkollu ċans li jirbaħ l-elezzjoni. Dawn jinkludu Ohio, Flordina u North Carolina.
Sa issa l-uniku kumment minn naħa tal-kandidati kien dak ta’ Hillary Clinton li fi tweet qalet li t-tim tagħha għandu biex ikun kburi. Tweet li kien hemm min iddeskriva bħala ammissjoni li tista’ titlef din l-elezzjoni.
This team has so much to be proud of. Whatever happens tonight, thank you for everything. pic.twitter.com/x13iWOzILL
— Hillary Clinton (@HillaryClinton) November 9, 2016