L-elezzjoni Presidenzjali tintrebaħ minn min jirnexxielu jikseb il-maġġoranza tal-eletturi li formalment jaħtru l-President meta jitlaqqa’ l-Kulleġġ tal-Eletturi. L-istorja uriet li fl-aħħar ħames elezzjonijiet li saru, Florida dejjem għażlet il-kandidat li mbagħad sab ruħu fil-White House.
U għalhekk il-kampanji rispettivi użaw ħafna mir-riżorsi tagħhom fuq dan l-istat li flimkien ma’ swing states oħra mistennija jiddeċiedu fejn se tmur l-elezzjoni.