Student li kien qed jistudja l-Ingliż hawn Malta kien meħlus mill-akkuża li stupra studenta oħra, minħabba nuqqas ta ‘provi.
Il-każ allegatament ġara f’Awissu. L-istudent, Yannick Jonathan Chatelle, ċittadin Franċiż ta’ 32-il sena, kien akkużat li stupra mara Spanjola waqt li hi kienet fis-sakra.
Iż-żewġ studenti għexu fl-istess blokk ta’ appartamenti u kienu barra jixorbu fil-post fejn kien qed joqgħod ħabib ieħor, kif ukoll f’parkeġġ. Iż-żewġ studenti żifnu flimkien, iżda l-mara, Isabele Pantoja Ludena, ma setatx tiftakar kif sabet ruħha fl-appartament tagħha, liebsa l-ħwejjeġ iżda mingħajr ħwejjeġ ta ‘taħt.
L-akkużat qal li l-mara kienet talbitu jakkumpanjaha fl-appartament tagħha tagħha. Huwa għamel hekk, u infatti filmati CCTV juruh miexi waħdu lejn l-appartament tagħha. Madankollu hija tilfet iċ-ċwievet u għalhekk qagħdu fl-appartament tiegħu sakemm waslu ħbieb tagħha.
Ir-raġel qal li waqt li hi kienet fl-appartament tiegħu, il-mara pruvat ikollha x’taqdam miegħu imma hu ma kienx attirat lejha u ħassu għajjien minħabba x-xorb. Għalhekk qal li raqad f’sodda oħra.
Il-mara qalet li ressqet l-akkuża ra’ stupru wara li l-filmati wrew li ma riditx tmur fl-appartament tal-akkużat. Madankollu ammettiet li ma tiftakarx dak li ġara, iżda li ħassitha fiżikament skomda.
Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera innotat li skont il-filmati, it-tfajla kienet fl-appartament tar-raġel għal inqas minn nofs siegħa u mxiet lura lejn l-appartament tagħha stess. Għalhekk kienet taf dak li kienet qed tagħmel. Ma kien hemm ebda taqbida u ebda sejħa għall-għajnuna. Il-Maġsitrat ikkonkludiet li l-mara kienet marret għall-appartament tar-raġel bl-intenzjoni li jagħmlu s-sess.
Hija ressqet l-akkuża istupru meta l-avvanzi tagħha ġew miċħuda u meta, ftit jiem wara, rat lilu ma’ bniet oħra.
Infatti kien bies tliet ijiem wara l-allegat każ li tressaq rapport li jallega stupru.
It-tabib maħtur mill-qorti ma sab ebda evidenza ta’ stupru u ma kien hemm ebda DNA li jappartjenu lill-mara fuq il-ħwejjeġ tal-akkużat.