Żewġ persuni ġew arrestati wara investigazzjoni mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) b’rabta ma nsib llegali ta’ għasafar.
Fi stqarrija, CABS spjegaw li f’każ minnhom il-Pulizija qabdu nassab fil-fatt, f’Pembroke fejn instabu għaxar għasafar li ġew ikkonfiskati mill-Pulizija flimkien ma għodda użata għall-insib.
It-tieni nassab ħarab minn fuq il-post meta l-Pulizja għamlu sejba ta’ ħmistax-il għasfur tal-għana f’gaġġeġ iżda CABS qalu li iktar tard ġie identifikat mill-Pulizija mill-pjanċi tal-karozza.