Hija differita għal 25 ta’ Novembru s-sentenza dwar il-każ tas-siġġijiet li beda l-Partit Nazzjonalista.
Is-sentenza kellha tingħata dalgħodu mill-Qorti Kostituzzjonali u fl-awla kien hemm uffiċjali taż-żewġ partiti jistennew b’ħerqa li tingħata d-deċiżjoni. Iżda, kienu nfurmati li għandhom jibqgħu jistennew għal ftit jiem oħra biex ikunu jafu d-deċiżjoni aħħarija.