Nassoċjawhom ma’ sitwazzjonijiet ta’ dixxiplina, ma’ sitwazzjonijiet serji, ma’ uniformità.
Iżda fejn jidħlu t-tfal, il-ferħ li jġibu huwa diffiċli tiddeskrivih. Jekk mhux b’xi ritratt.
Dan ir-ritratt ittieħed mill-fergħa tal-komunikazzjoni tal-Pulizija, CMRU, waqt il-passing out parade, meta 120 rekluta bdew il-karriera tagħhom mal-korp. Fost dawn hemm 28 li huma nisa.
Sabiex issieħbu fil-korp tal-Pulizija, l-uffiċjali l-ġodda segwew taħriġ ta’ 14-il gimgħa. Forsi kien żmien ta’ sagrifiċċju għall-familji ta’ dawn ir-rekluti wkoll. Kien żmien ta’ taħriġ kemm prattiku u kif ukoll taħriġ akkademiku.
Dawn issa se jservu bħala kuntistabli f’għasses distrettwali. Forsi dan it-tifel għad xi darba jsegwi fuq il-passi ta’ missieru.