Raġel ta’ 36 sena minn Għajnsielem ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti t’Għawdex wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh.
Huwa tressaq il-Qorti akkużat li fid-29 t’Ottubru u fix-xhur ta’ qabel, hedded u beżża’ lil terzi persuni, fejn saħansitra ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar liċenzjata.