Maħsuda bil-mewt ta’ Barry Zammit, missier ta’ 36 sena li lbieraħ tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku, kienu għexieren il-persuni li jafuh li użaw il-midja soċjali biex iselmulu. Iżda, kien hemm iktar minn hekk.
Fosthom ħabib tiegħu li fit-triq fejn tilef ħajtu mar poġġa bukkett fjuri u ħa wkoll ritratt tal-mutur, xi ħaġa li kienet għal qalb Zammit.
Imnikkta bit-telfa ta’ Zammit ħafna kitbu dwar il-kwalitajiet sbieħ tiegħu u oħrajn fakkru l-esperjenzi li għaddew flimkien. Filwaqt li għal darb oħra ma naqsux ir-riflessjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ iktar kuxjenza favur sigurtà fit-toroq.