Għall-ewwel darba, presepju Malti se jkun dak ewlieni fil-Vatikan. Kull sena tpoġġa presepju li jkun magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru matul l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru sat-8 ta’Jannar. Dwar dan il-programm Pjazza ddiskuta mal-vatikanista Frank Zammit u d-Direttur għall-Kultura Catherine Debattista.