Raġel ta’ 63 sena residenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ saqaf ta’ razzett fi Triq Borġ Olivier, ir-Rabat. Fuq il-post waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili u l-Pulizija.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Bosta nies inġabbru fejn dan ir-razzett, hekk kif kien propju l-għajjat tar-raġel li ġibdilhom l-attenzjoni.
Aktar dettalji jsegwu.