L-użu ta’ tfal f’attakki suwiċida mwettqa mill-Boko Haram żdied matul l-aħħar sena.
Filfatt wieħed minn kull ħames attakki li wettaq dan il-grupp fundamentalista ibbażat fin-Niġerja twettaq minn tfal. Dan ħareġ minn studju li għamlet l-Aġenzija tat-tfal tan-Nazzjonijiet Magħquda, li qalet li tliet kwarti ta’ dawn it-tip t’attakki qed jitwettqu minn bniet li jkunu ġew drogati.
Sentejn ilu l-grupp Boko Haram ħataf mal-mitejn studenta fir-reġjun ta’ Chibok b’ħafna minnhom spiċċaw maħnuqa mit-tagħlim fundamentalista li jxerred dan il-grupp.