Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mosta ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li tressaq il-Qorti akkużat li l-Erbgħa qatel ajkla.
Minbarra l-akkuża ta’ kkaċċjar t’għasfur protett u li kellu skartoċċ b’ċomb ikbar minn dak permess mil-liġi, Justin Chetcuti kien akkużat ukoll li pprova jbiddel traċċi u li kiser sentenza preċedenti ukoll relatata ma’ kaċċa illegali.