Is-Servizz u x-Xiri Pubbliku se jkun ferm iktar aċċessibbli minn qabel biex ikomplu jissaħħu t-trasparenza u l-kontabilita.
Qal dan Mario Cutajar, is-Segretarju Permanenti Prinċipali waqt laqgħa informattiva dwar tibdiliet fir-regolamenti tax-xiri bejn il-Gvern u l-privat u l-proċess ta’ tiġdid tas-Servizz Pubbliku.
Il-Kodiċi għal dawn it-tip ta’ servizzi kienet rivista biex tkun miktuba u disponibbli online b’mod mhux daqshekk tekniku biex tinftiehem aħjar. Cutajar semma ukoll li dan huwa servizz li għandu bżonn jibda jasal għand in-negozjanti u mhux biss ifitxxuh huma.
Biex ikun assigurat ukoll għoti ta’ servizz xieraq se tkun implimentata ukoll sistema ta’ mystery shoppers li jinvestigaw id-dipartimenti ministerjali b’mod regolari. Cutajar hawnhekk spjega li f’każi ta’ nuqqasijiet id-Dipartiment se jingħata timeline ta’ kif u sa’ meta għandu jtejjeb is-servizzi tiegħu. Iżda madanakollu din is-sistema ntlaqtet tajjeb.
Sa issa dan kollu kien implimentat fi tliet Ministeri bħala proġett pilota. Dawn huma l-Ministeri għall-Edukazzjoni u Xogħol, Intern u Sigurta Nazzjonali, u dak għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.