Fi ftit iktar minn ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni bidel il-pożizzjoni tiegħu minn kontra li tiżdied il-paga minima , għal waħda favur.
Dan wara li f’Dissett tal-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru ddikjara li wasal iż-żmien għal żieda fil-paga minima u li għandhom isiru d-diskussjonijiet mal-partijiet kollha.
Fil-fatt il-Prim Ministru ħabbar li se jkun id-Deputat Prim Ministru li jmexxi dawn id-diskussjonijiet. Dikjarazzjoni li waslet biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel u turn fi ftit jiem.
It-Tnejn 24 ta’ Ottubru Busuttil kien mistoqsi ċar u tond jaqbilx ma’ żieda fil-paga minima. Iżda, meta mistoqsi f’Dissett, wara ġimgħa, wara t-tħabbira tal-Prim Ministru, Simon Busuttil ħareġ jgħid li jaqbel li l-paga minima għandha tiżdied.
Il-Partit Laburista qal li r-reazzjoni ta’ Simon Busuttil tikkonferma mhux biss l-inkonsistenzi tiegħu, mhux biss li tkellem għal konvenjenza meta ma qajjimx l-issue fid-diskors tiegħu tal-baġit, kuntrarju għal Prim Ministru li ndirizzaha direttament.
Għal darba oħra toħroġ id-differenza ta’ min jitkellem u min jaġixxi. Ta’ min jemmen b’konvinzjoni dwar xi ħaġa u min jitkellem għal konvenjenza,” qal il-Partit Laburista.