Il-Pulizija Belġjana akkużat żewġt’irġiel b’terroriżmu u b’rabtiet mal-attakki fi Brussell, li x-xahar li għadda ħoloq biża’ ġdida fil-qalba tal-Ewropa.
Is-suspettati ġew identifikati bħala Smail u Ibrahim; b’rapporti jgħidu li huma aħwa. Dan il-każ isegwi arrest ta’ żewġ persuni oħra l-Ġimgħa li għadda waqt rejd imwettaq mill-Pulizija Belġjana.
L-attakki ta’ Brussell poġġew lill-pajjiż fuq alert massimu hekk kif l-attakki, prinċipalment fl-ajruport ħallew tnejn u tletin persuna mejta.