Raġel li ressaq kawża Kostituzzjonali sabiex il-ġuri tiegħu jiġi pospost ma ntlaqgħetx.
Huwa jinsab mixli li stupra lil bintu ta’ disa’ snin f’Bormla.
Qed jiġi allegat li fl-elfejn u erbgħa r-raġel stupra għall-ewwel darba lil bintu fil-kamra ta’ ħuha u t-tieni darba fil-kamra tas-sodda tagħha stess fejn saħansitra saret marka fuq għonqha li ratha ommha.
Fil-Qorti kien instema’ li biex jistupra lil bintu, ir-raġel kien isakkar il-bieb.
Intqal ukoll li allegatament qabel seħħ l-ewwel stupru, ir-raġel kien diġa ittanta li jwettaq il-ħsibijiet ta’ moħħu.
Dan billi mess lit-tifla bil-ħwejjeġ iżda waqaf hekk kif din kienet se taqbad tixgħer.
Quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, ir-raġel saħaq li nkisrulu d-drittijiet tiegħu anki minħabba li nżamm taħt arrest preventiv għal ħin twil u għalhekk mhux se jkollu smigħ xieraq.
Madankollu l-istess Qorti Kostituzzjonali sostniet li l-ġuri li mistenni jiskatta ftit tal-jiem oħra għandu jibda u l-preġudizzji li qed jallega r-raġel jistgħu jitressqu fl-ambitu tal-proċess ġudizzjarju li jista’ jiġi konkluż permezz tal-Qorti tal-Appell.