Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa ma Michel Barnier li huwa n-negozjatur ewlieni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li wara l-vot Brexit, il-pożizzjoni li ħa l-gvern hija cara, dik li fil-proċess tal-ħruġ jara li r-Renju Unit ikollu ‘fair deal’ u li jkun inferjuri għall-kunċett ta’ sħubija.
Muscat qal li l-prinċipju fundamentali ma jistgħux jinbidlu jew li jalternaw ruħhom sempliċiment biex ikun hemm kompromess. F’dan ir-rigward, qal il-Prim Ministru m’hemmx alternattiva.
Min-naħa tiegħu Michel Barnier irringrazzja lill-Prim Ministru li ltaqa miegħu. Qal li r-Renju Unit sostna għal bżonn ta’ kooperazzjoni mal-istati membri kollha biex il-proċess ikun wieħed fl-interess ta’ kulħadd u li r-Renju Unit se jkun qed jaħdem mal-Gvern Malti matul il-Presidenza Ewropea f’pajjiżna.