Waqt żjara f’pajjiżna l-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Georges Dassis iltaqa’ mall-Ministru Helena Dalli. Flimkien enfasizzaw l-importanza li d-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali jaħdmu id f’id.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili enfasizzat ir-rwol importanti tal-Kunsill fi żmien meta hemm sensazzjoni ta’ ta’ nuqqas ta’ konnessjoni bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-UE. “Dan huwa l-forum perfett fejn l-Unjoni Ewropea għandha tiskopru mill-ġdid ir-ruħ soċjali terġa’ tingħaqad maċ-ċittadini” qalet Dalli.
Il-President Dassis irrimarka li l-kwalità tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE ma tiddependix fuq id-daqs tal-pajjiż, iżda mir-rieda politika u determinazzjoni biex timbotta ‘l quddiem il-programm Ewropew.
Is-Sur Dassis ammetta li għalkemm l-Ewropa kisbet ħafna, l-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja minn kriżi iebsa. “Dan għandu jkun hemm żmien meta eżempji konkreti għandhom jitressqu għall-futur,” żied jgħid il-President tal-KESE Georges Dassis.
Huwa ltaqa wkoll mal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, li esprimiet gratitudni lejn il-ħidma tal-kumitat. Hija irringrazzja wkoll lill-membri Maltin tal-Delegazzjoni Nazzjonali, li qed jaħdmu id f’id mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fid-dawl tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.