L-Unjoni Ewropea ma tat l-ebda struzzjoni lill-iStati Membri tal-Mediterran biex ma jassistux il-bastimenti tal-gwerra Russi- dan ikkonfermatu Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Federica Mogherini f’ konferenza tal-aħbarijiet f’ pajjiżna. Kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella li kkonferma kif l-ebda istituzzjoni Ewropea, internazzjonali, jew pajjiż ieħor ma struzzjonijiet lil pajjiżna biex ma jingħatax fuel lill-bastimenti tal-gwerra Russi li għaddew mill-Mediterran.
Il-Ministru Vella reġa’ sostna li kienet deċiżjoni autonoma tal-gvern Malti li ma jassistix lill-vapuri għaliex kienu konxji li dawn kienu fi triqithom lejn is-Sirja. Il-gvern Malti ma riedx ikun parti mill-missjoni li għandha l-potenzjal li twassal għal iktar ġlied u li tkompli tiddeterjora ħajjet il-poplu Sirjan.
Madankollu Vella qal li dan ma jfissirx li Malta mhux se thalli bastimenti Russi jiehdu fuel minn Malta, jekk fil-futur dawn jaghmlu talba ghal dan il-ghan
Ritratt: DOI