Ir-raġel li kien akkużat bil-qtil ta’ Vittorio Cassone ma nstabx ħati b’sebgħa voti kontra tnejn.
Il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom illejla wara li kienu ilhom minn dalgħodu jiddelebraw dwar każ li jmur lura għal 1993.
Isem l-akkużat li ma nstabx ħati ma jistax jixxandar minħabba li meta seħħ il-każ huwa kien għadu taħt l-eta’.
Matul l-aħħar jiem il-Prosekuzzjoni ressqet numru ta’ xhieda dwar kif dehrilha li nqatel Cassone, il-kok Taljan li l-ewwel insteraq imbagħad qala’ tir f’sidru.
Min-naħa tagħha d-difiża tefgħet dubji serji dwar il-konsistenza tax-xhieda.
Dan il-ġuri kien presidut mill-Imħallef Antonio Mizzi.