Libjan jista’ jħallas qares minħabba festin tal-Halloween li attenda.
Dan wara li biex mar jitbaħrad ġo dan il-festin spiċċa kiser il-libertà kundizzjonata imposta fuqu wara li bħalissa jinsab mixli bi stupru.
Il-Libjan li kien qed ifittex l-ażil ġewwa pajjiżna instemgħa inewwaħ qabel daħal fl-awla u hekk kif ġie quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, din dlonk qaltlu li bil-biki m’hu se jsewwi xejn.
Ezzedin Salem Elaoud ta’ sitta u għoxrin sena allegatament stupra tfajla Ungeriża fi Frar li għadda.
Fl-aħħar tax-xahar, il-Qorti mistennija tiddeċiedi dwar il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja.