Kienu 226 student, li fl-2015 ingħataw l-assistenza neċċessarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.
Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Huwa spjega li hemm diversi servizzi ta’ għajnuna li joffri spazzju edukattiv għal studenti li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Dawn jinkludu s-Servizz tal-Autism Spectrum Support Team, is-Servizz tal-Early Intervention f’każ ta’ studenti li għandhom sa ħames snin, kif ukoll is-servizzi tal-Access and Communication Technology Unit, li lkoll jinsabu fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-istudent.
Barra minn hekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-xogħol jixtri s-servizzi ta’NGOs li joffru sostenn speċjalizzat lil dawn l-istudenti kemm fl-iskejjel u anke f’ċentri oħra barra l-iskejjel.