Estremist deskritt bħala “Vittorjan” u kontra l-Iżlam bl-isem ta’ Phillip Michael Galea studja sew il-post fejn pjana li jwettaq attakk permezz ta’ bomba. Dan qed tallegah il-Pulizija Awstrljana.
F’moħħu kellu li jeqred lil kull min għandu ideoloġija xellugija. Galea għandu 31 sena u jinsab akkużat ukoll li prova jaqabbad persuni jgħinuh iwettaq il-pjan fatali tiegħu.
Jinsab akkużat b’żewġ offiżi relatati ma terroriżmu bejn Settembru 2015 u l-bidu ta’ Awwissu ta’ din is-sena.
Inżamm fil-kustodja tal-Puliizja wara li deher quddiem il-Maġistrati nhar it-Tnejn. Investigaturi qalu li Galea huwa assoċjat ma’ gruppi tal-lemin estrem bl-isem ta’ Reclaim Australia, United Patriots Front, Patriots Defence League Austalia, The True Blue Crew u grupp neo-nażżista u li ddikjara huwa stess li huwa militanti.
Il-Pulizija qalet li Galea ltaqat ma’ assoċjazzjoni f’April ta’ din is-sena u ddiskuta pjanijiet biex jattakkaw żewġ postijiet. Ried mill-inqas ħames persuni oħra biex iwettqu dan il-pjan miegħu. Huwa allegat ukoll li kien qed jippjana ktieb bit-twemmin tiegħu.